Water Background

Stqarrija ta’ privatezza

IT-TAGĦRIF DWAREK – HU PRIVAT

X’isir minn tagħrif dwarek waqt li  int konsumatur ta' dan is-servizz? 

Min aħna?

Aħna wieħed minn numru ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura komunitarja fiż-żona tiegħek, ilkoll naħdmu flimkien f’isħab biex nissodisfaw il-bżonnijiet tiegħek dwar is-saħħa.

X’tagħrif niġbru dwarek?

Aħna nżommu ismek u d-dettalji tal-kuntatt dwarek fuq ir-rekords tiegħek tal-konsumatur.  Dettalji oħra bħal pjan tiegħek ta’ kura u tagħrif dwar saħħtek huma rrekkordjati kull darba li tagħmel żjara.

Għala niġbru t-tagħrif dwarek?

It-tagħrif li niġbru jgħinna nżommu d-dettalji aġġornati dwar il-bżonnijiet tiegħek, biex inkunu nistgħu nieħdu ħsiebek bl-aħjar mod possibbli.  Aħna nużaw ukoll it-tagħrif biex nimmaniġġjaw  u nippjanaw aħjar dan is-servizz.

Min aktar jara t-tagħrif dwarek?

Il-professjonisti biss f'dan is-servizz li huma involuti fil-kura tiegħek jistgħu jaraw it-tagħrif dwarek. Inkella, aħna nagħtu tagħrif dwarek jekk taqbel jew jekk ikun mitlub mil-liġi, bħal ngħidu aħna f’emerġenza medika.

X’poter għandek dwar x’jiġri mit-tagħrif dwarek?

Int għandek il-poter li tiddeċiedi dwar xi jsir mit-tagħrif dwarek. Aħna noqogħdu fuq it-tagħrif li tagħtina biex jgħinna nagħtuk l-kura adegwata. Jekk tiddeċiedi li taqsam parti mit-tagħrif dwarek jew tirrestrinġi l-aċċess għar-rekord tiegħek tal-konsumatur, dan hu d-dritt tiegħek, imma dan għandu mnejn jolqot l-abilità tagħna li nagħtuk l-aqwa servizz li nistgħu. Tkellem magħna jekk tixtieq tibdel jew tħassar il-kunsens tiegħek.  

Kif ser ikun protett it-tagħrif dwarek?

Aħna impenjati li nipproteġu l-konfidenzjalità tar-rekord dwarek. Il-privatezza tat-tagħrif dwarek hi protetta wkoll mil-liġi. Aħna nżommu t-tagħrif dwarek bl-iktar konfidenzjalità  stretta u naħżnuh b’mod sigur.

Int tista’ taċċessja t-tagħrif dwarek?

Iva, int għandek id-dritt titlob aċċess għat-tagħrif dwarek u titlob li jkun ikkorreġut jekk hemm bżonn.

Għandek xi mistoqsijiet oħra?

Jekk jogħġbok kellem lill–istaff tagħna jekk għandek xi mistoqsijiet jew ilmenti oħra dwar x’sar mit-tagħrif dwarek waqt li int  konsumatur tagħna, jew jekk tixtieq taċċessja r-rekord tiegħek. Int tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tagħna tal-Privatezza fuq (03) 8319 7426.

Services for Children & Young people

Provides services to address and manage health and wellbeing.

Services for Adults

Aiming to keep people active and healthy as well as provide treatment and advice to help...

Services for Older People

Support for the frail and aged in the local community.

Services for People with Disabilities

Support to help people with disabilities live independently.